Il-Prim Ministru qal fil-Parlament li l-Gvern se jitlaqa’ mar-rapporteur tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia u l-istat tad-dritt f’Malta, Pieter Omtzigt, kif mitlub minnu stess.
Omtzigt se jkun Malta l-ġimgħa li ġejja.
Meta wieġeb mistoqsija parlamentari tad-deputat nazzjonalista David Stellini, il-Prim Ministru qal li Omtzigt se jkollu laqgħat miegħu u ma’ Ministri oħra tal-Gvern.
Żied jgħid li dal-laqgħat se jsiru minkejja r-riżervi serji li għandu l-Gvern dwar l-integrità ta’ Omtzigt biex jespedixxi l-inkarigu tiegħu tenut kont tal-agir ċensurabbli tiegħu fir-rigward ta’ tixrid ta’ fake news relattiv għall-kraxx tal-Malaysia Airlines Flight 17.