Malta kellha l-ikbar żieda fl-użu ta’ trasport pubbliku mill-pajjiżi kollh tal-Unjoni Ewropea. Dan skont rapport tal-Assoċjazzjoni Internazzjonali tat-Trasport Pubbliku li se jitnieda llum u li dettalji dwaru kienu ppubblikat fit-Times of Malta.
Jirriżulta li mill-2010 sal 2014 f’Malt żdiedu bi 39.7% il-vjaġġi bit-trasport pubbliku biex laħqu it-43 miljun u seba’ mitt elf vjaġġ fl-2014.
Iżda, jirriżulta wkoll li l-Maltin jużaw it-trasport pubbliku bħala parti mill-ħajja tagħhom inqas mill-Ewropej. Filwaqt li f’Malta l-medja li ċittadin juża tal-linja hija ta’ 107 darbiet fis-sena, il-medja Ewropea hija ta’ 131. M’għandniex xi ngħidu, f’każ ta’ pajjiżi oħra hemm inklużi mezzi oħra ta’ trasport pubbliku li f’Malta m’għandniex.
Huwa r-Repubblika Ċeka l-pajjiż fejn jintuża l-iktar it-trasport pubbliku.
Intant, għalkemm mhux indikat f’dan ir-rapport minħabba l-perjodu li janalizza, jkompli jirriżulta b’mod ċar li l-użu ta’ trasport pubbliku żdied is-sena li għaddiet u qed jiżdied din is-sena. Dan anke wara bidliet fir-rotot li saru fuq ix-xewqa tal-Kunsilli Lokali u r-residenti.