Irritorna għall-11-il edizzjoni l-Imdina Grand Prix. L-avveniment ta’ erbat ijiem żgur jinżel għasel mad-dilettanti tal-karozzi u tal-motorsport li jkunu jistgħu jsegwu sport għal qalbhom f’ambjent sigur. L-Imdina Grand Prix isir fuq trakka ta’ tnejn punt tnejn kilometri li tieħu lis-sewwieqa dawra mal-Wied li jifred lill-Imtarfa mill-Imdina u r-Rabat. Il-preparamenti għall-edizzjoni ta’ din is-sena bdew hekk kif spiċċa l-Imdina Grand Prix tas-sena l-oħra.
Minkejja x-xita, l-attivitajiet u t-tlielaq baqgħu għaddejin b’mod pjanat hekk kif ma kien hemm l-ebda riskju lejn is-sigurtà tas-sewwieqa jew l-ispettaturi.
B’kollox ipparteċipaw ħames klassijiet ta’ karozzi, kategorija waħda għall-karozzi ta’ żmien qabel il-gwerra, u erba’ kategoriji għal karozzi ta’ wara l-gwerra.