Il-Malti jgħid li l-għajta hi nofs il-bejgħ, fejn illum il-ġurnata l-midja soċjali qed isservi bħala pjattaforma mill-aqwa bħala mezz ta’ reklamar għas-sbuħija li joffru l-gżejjer Maltin. Kemm jekk bħala reklamar min-naħa ta’ kumpaniji u entitajiet iżda wisq aktar minn persuni ta’ fama li jżuruna waqt btala. Christine Tran, tfajla li tgħix New York City, hi tfajla li tagħmel użu mill-pjattaforma Instagram fejn b’ritratti mill-isbaħ li tieħu ta’ mumenti minn ħajjitha tieħu magħha lil aktar minn 260,000 ssegwaċi li għandha fuq il-profil tagħha.
Żgur mhux forsi li dawn ir-ritratti ta’ postijiet differenti fosthom il-Belt Valletta u kif ukoll tal-Blue Grotto iservu ta’ reklam mill-isbaħ għall-gżejjer Maltin b’eluf ta’ persuni jikkummentaw dwar kif jixtiequ jżuru l-gżejjer tagħna għal xi btala.