Il-Pulizija kompliet tinvestiga s-sejba ta’ tajr protett li nstab mejjet fi freezer f’residenza privata f’Ħal Tarxien jumejn ilu.
Mill-ispezzjoni rriżulta li kien hemm madwar għoxrin tajra bbalzmata li ma kinux reġistrati mal-Wild Birds Regulation Unit, fosthom fjamingu, ċikonja bajda, blongun Prim u russett aħmar.
It-tifttxija saret fir-residenza taż-żewġt irġiel f’Ħal Tarxien, wara li tfittxija fl-għalqa tal-istess irġiel fil-limiti ta’ “Il-Ballut” f’Marsaxlokk wara rapport ta’ kaċċa illegali, irriżultat fin-negattiv.