Ħadd ma ndarab meta gallarija ta’ binja f’Tas-Siema ċediet x’aktarx kawża tal-maltemp li ħakem lill-gżejjer Maltin.
Il-każ seħħ fi Triq il-Patri Marjanu f’Tas-Sliema meta kawża tal-maltemp waqgħet il-gallarija, bit-tifrik jispiċċa għat-triq. Hekk kif sar ir-rapport, id-Dipartiment tat-Tindif kien pront mar fuq il-post fejn naddaf iż-żona biex inaqqas ir-riskju ta’ periklu kemm għas-sewwieqa u kif ukoll għar-residenti.
Kif kien proprju mbassar, il-maltemp beda tard ilbieraħ waranofsinhar bil-maltemp jilħaq il-qofol tiegħu fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu.
Huma bosta toroq li esperjenzaw ilmijiet kbar fihom kawża tax-xita qawwija li niżlet fuq il-gżejjer Maltin.