Il-Kunsill Lokali tal-Birgu qal li l-attivitajiet tal-lejla b’rabta mal-BirguFest ta’ din is-sena tħassu minħabba l-maltemp li mistenni jagħmel bejn is-18:00 u s-01:00.
F’messaġġ fuq il-midja soċjali, il-Kunsill qal li fid-dawl ta’ dan ukoll, se jkun qed javża lill-pubbliku dwar l-attivitajiet li hemm skedati għal għada s’sibt, b’rabta mal-istess avveniment.