Sena wara oħra żgur mhux forsi li smajt b’xi kelma jew tnejn li qatt ma kont smajt qabel ħierġa minn fomm xi żagħżugħ. Jew forsi minflok smajtha, għamilt użu minnha. Bħal forsi l-kelma mazza li għalik bħala żagħżugħ ta’ 20 sena jaf tfisser tfajla sabiħa filwaqt li għal nanna ta’ 68 sena jaf tfisser il-mazza li jaħdem biha bidwi fl-għelieqi.
Il-programm Mitkellma, imxandar fuq ONE kuljum fis-19:15, tkellmu ma’ Edward, żagħżugħ, u Cecilia, mara avvanzatha fl-età dwar it-tifsira ta’ diversi kliem li jintużaw fil-lingwaġġ tal-lum il-ġurnata bejn iż-żgħażagħ. Fosthom Żiblata u l-kelma Kuċċlu.