Latvjan baqa’ jinżamm arrestat wara li ġie akkużat li hedded mara li taħdem f’għaqda volontarja.
Quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud, intqal kif ir-raġel tefa’ għadma fuq l-għatba tad-dar tal-mara bl-iskop li jbeżżagħha li se tintuża vjolenza fuqha.
Ir-raġel, li huwa satanist fil-miftuħ, spjega li l-għadma ntużat bħala parti minn ritwal iżda ma kienx jaf jispjega kif din spiċċat fuq l-għatba tad-dar tal-mara.
L-akkużat spjega li huwa qed jiġi diskriminat u saħaq li huwa m’għamel xejn kontra l-liġi. B’rabta ma’ dan il-każ, il-Qorti qabdet eżorċist biex jistudja fid-dettal dan l-allegat każ ta’ fastidju. L-avukat tal-Latvjan ma talabx għall-ħelsien mill-arrest.