Il-Kap tal-Kummissjoni għall-Ħarsien fi ħdan l-Arċidjoċesi ta’ Malta spjega kif tul l-2017, ġew konklużi tliet rapporti ta’ abbuż sesswali fuq minuri li nstabu li kienu sostanzjali. Dawn l-allegazzjonijiet kienu jinvolvu saċerdot djoċesani, parti, u lajk.
Fit-tliet ċirkostanzi, il-każijiet ġew riferuti lill-Pulizija għall-investigazzjoni u ttieħdet azzjoni meħtieġa u mingħajr preġudizzju billi ġiet imposta restrizzjoni fuq l-attivit àpastorali tal- persuni nvoluti. Dan sar fuq rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni bħala prekawzjoni.
Sa tmiem l-2017, il-Kummissjoni kkonkludiet ukoll l-evalwazzjoni ta’ numru ta’ lmenti mressqa għall-attenzjoni tagħha. Minn dawn, 10 ma ġewx ipruvati, 3 kienu infondati, u 3 oħra ma kinux dwar abbuż u ġew riferuti għand entitajiet oħra. Fil-preżent, il-Kummissjoni qed tevalwa 12-il ilment ieħor li jinvolvu minuri.