Ir-referee tal-FIFA Fyodor Zammit ġie appuntat mill-UEFA biex mill-10 sas-16 ta’ Ottubru 2018, se jieħu sehem f’logħbiet minn Grupp 11 tal-Fażi ta’ Kwalifikazzjoni għat-Tornew Finali 2019.
Fyodor Zammit ser jikkontrolla l-logħba bejn Wales u l-Belarus li tintlagħab fl-10 t’Ottubru, filwaqt li tlett ijiem wara (13/10) jikkontrolla dik bejn Wales u l-Kazakhstan.
Ir-referee Zammit se jkollu miegħu l-assistent refereee tal-FIFA Luke Portelli biex jieħu sehem f’dan il-mini-tornew, li jkun miegħu għaż-żewġ logħbiet imsemmija; kif ukoll fil-logħba tal-għeluq tas-16 t’Ottubru bejn Wales u l-Portugall ma’ uffiċjali mill-Finlandja, bi Fyodor Zammit ikun Raba’ Uffiċjal fl-istess logħba.