It-Tnejn filgħaxija, attivisti mill-Birldlife Malta għamlu appell quddiem il-Parlament kontra dik li sejħu l-ħsara tal-kaċċa f’Malta. L-attivisti qalu li din is-sena l-ammont ta’ għasfur protetti li nqatlu jew ġew milquta laħaq kważi 80 għasfur.
Huma u deħlin il-Parlament, id-Deputati ngħataw għadd ta’ proposti fosthom it-twaqqif tal-Wildlife Crime Unit fi ħdan il-Pulizija ta’ Malta, u li jiġu riveduti l-liġijiet tal-ħarsien tal-għasafar.
Intant, fi stqarrija, il-Federazzjoni Kaċċaturi, Nassaba u Konservazzjonisti, l-FKNK, qalet li kienet u tibqa’ kontra kull attività illegali u bil-ħidma tagħha naqasu sostanzjalment l-illegalitajiet.