Il-Prim Ministru Ingliż David Cameron qal li r-Renju Unit qed jiffaċċja għażla li meta tittieħed, ma jistax jerġa’ lura minnha. Huwa kien jirreferi għar-referendum dwar il-ġejjieni tar-Renju Unit fl-Unjoni Ewropea, nhar il-Ħamis li ġej.
Cameron ddeskriva l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea bħala żball kbir, u qal li jekk l-elettorat Ingliż jagħmel din l-għażla l-ġimgħa d-dieħla, tista’ twassal għal inċertezza kbira fil-pajjiż għas-snin li ġejjin. Min-naħa l-oħra, Michael Gove – il-Membru Parlamentari Konservattiv li qed jikkampanja l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, ħeġġeġ lill-elettorat Ingliż sabiex jivvota għad-demokrazija. Dan filwaqt li sostna li jekk ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea, iservi ta’ dawl progressiv għal pajjiżi oħra.