Il-Malti jgħid, fid-dinja idħak għax jiġi żmien meta ma tistax. Sfortunatament fil-ħajja ta’ kuljum ħafna jagħżlu li jfittxu x-xagħra fl-għaġina u kull sitwazzjoni jagħtuha toma negattiva.
Madankollu dan żgur ma jistax jingħad għal Elaine Lee, mara ta’ disgħa u tletin sena li minkejja d-diżabbilta severa tagħha dejjem rat kif għamlet sabiex għexet kull mument u ispirat lil kull persuna li titkellem magħha.
Elaine Lee, li tinsab għat-tieni darba f’Malta qalet ma’ ONE NEWS li minħabba kundizzjoni rari fl-għadam it-tobba kienu qalu lill-ġenituri ta’ tagħha li l-possibilitajiet li tgħix aktar minn sentejn kienu fula f’qargħa.
Elaine li tagħmel użu minn siġġu tar-roti spjegat kif minħabba d-daqs ċkejken tagħha tiltaqa’ma numru ta’ sfidi differenti.
Is-sosten ta’ familtha kien importanti ħafna għall-progress li għamlet Elaine tul ħajjitha. Hawnhekk hija spjegat kif sa minn ta’ eta żgħira għallmuha tgħix ħajja normali.
L-arti hija ta’ inspirazzjoni kbira għal Elaine. Hija gradwat minn Università fil-Kanada u permezz tal-arti tagħha hija trid twassal messaġġ posittiv ta’ ispirazzjoni.
Elaine temmet b’appell ta’ kuraġġ u saħqet li sakemm hemm il-ħajja għandek tapprezza kulma għandek.