Raġel mill-Ġorġja, residenti l-Mellieħa ġie kkundanat sitt xhur ħabs sospiżi għal 18 –il xahar hekk kif instab ħati li seraq sitt pari żraben mill-Birgu.
Dan il-każ seħħ ġimgħatejn ilu fil-marina tal-Birgu fejn l-akkużat seraq żraben li jammontaw għal €800.
L-Ispettur Eman Hayman spjega kif il-Ġorġjan, li jaħdem ma’ kumpanija tat-tindif, inqabad jisraq dawn iż-żraben minn CCTV camera.L-avukat difensur qal li l-akkużat ħaseb li ż-żraben kienu għar-rimi u għalhekk ħadhom u qassamhom lil sħabu tax-xogħol.
Il-Ġorġjan, wieġeb ħati tal-akkużi fil-konfront tiegħu u rritorna ż-żraben lill-pulizija.