L-aħħar stħarriġ tal-fehma pubblika mill-gazzetta Malta Today juri li d-distakk ta’ 18 fil-mija bejn il-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista.
Skont l-istħarriġ tal-maltatoday, il-Partit Laburista jgawdi l-fiduċja ta’ seba u erbgħin punt tlieta fil-mija tal-votanti, filwaqt li l-Partit Nazzjonalista jgawdi fiduċja ta’ disa u għoxrin fil-mija tal-votanti.
Id-distakk huwa ħamsa fil-mija inqas meta mqabbel mal-istħarriġ li sar ix-xahar li għadda.
Filfatt il-Partit Nazzjonalista rreġistra żieda żgħira fl-appoġġ mill-aħħar stħarriġ li sar ix-xahar li għadda.
Aktar minn dsatax fil-mija tal-votanti li vvuttaw lill-Partit Nazzjonalista fl-aħħar elezzjoni ġenerali qalu li mhux se jivvutaw jekk issir elezzjoni – żieda ta’ punt perċetwali fuq ix-xahar li għadda.
Il-Partit Laburista għandu l-appoġġ f’kull faxxa tas-soċjeta bl-akbar appoġġ ikun fost dawk li għandhum l’fuq minn wieħed u ħamsin sena.
L-istess Partit għandu l-appoġġ fost ir-reġjuni kollha għajr għal wieħed fin-naħa ta’ fuq ta’ pajjiżna.
Intant, l-istħarriġ ikejjel ukoll il-fiduċja taż-żewġ mexxejja. Kważi tlieta u ħamsin fil-mija qalu li għandhom fiduċja fil-Prim Ministru Joseph Muscat waqt li l-Kap Nazzjonalista Adrian Delia jgawdi l-fiduċja ta’ ftit anqas minn għoxrin fil-mija tal-elettorat. Dan ifisser distakk bejn iż-żewġ mexxejja huwa ta’ 33 fil-mija.
Intant waqt li kien qed jindirizza attivita politika fiz-Zejtun, il-Prim Minsitru reġa’ appella biex wieħed ma joqgħodx wisq fuq l-istħarriġ u saħaq li f’kull elezzjoni, il-Partit Laburista dejjem ikun għat-telgħa.