Ġurnalista Bulgara ta’ tlettin sena inqatlet brutalment fil-belt ta’ Ruse. Jidher li l-katavru ta’ Victoria Marinova nstab fid-diżabitat viċin tax-xmara Danube.
Is-sejba tal-katavru indika li l-ġurnalista li kienet taħdem fuq stazzjon televiżiv fil-Bulgarija sfat fil-mira ta’ vjolenza.
Dan hekk kif wiċċha ma ntgħarafx u għalhekk l-identifikazzjoni tagħha kellha tiġi posposta għall-aktar tard.
Skond il-Prosekutur tar-reġjun ta’ Ruse, jidher li Victoria Marinova nqatlet wara li ġarbet ġrieħi gravi f’rasha.