In-nies ta’ Simon Busuttil fil-Partit Nazzjonalista huma urtati għall-mod kif Simon Busuttil kien l-uniku Eks Kap ħaj li f ’Net Honours ma kienx onorat. Dan minkejja li għal kważi ħames snin kien Kap tal-Partit u bħala kap kemm-il darba tkellem dwar il-kontribut li ta biex isaħħaħ il-midja tal-Partit Nazzjonalista. Kien fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet li l-Partit Nazzjonalista organizza dawk magħrufa bħala NET Honours fl-okkażjoni tal-20 sena mittwaqqif tal-istazzjon. Imkejjen tagħna fl-istamperija qalu li ma kienx hemm dubju li kellu jkun onorat Eddie Fenech Adami għall-fatt li kien strumentali biex beda l-istazzjon. Onorat ukoll Lawrence Gonzi li għal xi żmien serva wkoll bħala Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista. Iżda, Simon Busuttil kien injorat. L-imkejjen tagħna qalu li ma jafux għaliex nies qrib Busuttil emmnu li b’xi mod ħaqqu rikonoxximent iżda kkonfermaw kif id-deċiżjoni meħuda minn Pierre Portelli u Clyde Puli ħolqot iktar dwejjaq fost dawk qrib Simon Busuttil.
Dan kollu seħħ ftit tal-jiem wara li Simon Busuttil iddeċieda li jsiefer minflok jattendi għad-diskors tal-Kap Nazzjonalista Adrian Delia, fuq il-Fosos tal-Furjana. U dakinhar Clyde Puli għamel diskors fejn semma l-kapijiet kollha u hu wkoll injora lil Simon Busuttil. Dan kollu qed juri li minn wara li Delia ried jissospendi lil Simon Busuttil l-affarijiet baqgħu sejrin għall-agħar u l-kunflitt li diġà kien jeżisti qabel kompla jeskala. Intant, iktar kmieni din ilġimgħa l-Kap Eżekuttiv ta’ Media.link Pierre Portelli kellu jmur fuq in-NET jiskuża ruħu ma’ xi wħud li pretendew li jkunu mistiedna u ma kinux. Jirriżulta li kien hemm ħafna minn dawn.
Uħud ġustifikati, ħafna oħrajn le. Iżda, lil dawk ġustifikati Pierre Portelli beda jsibilhom kull skuża. Saħansitra anke numri tat-telefown li m’għadhomx jeżistu u indirizzi li setgħu nbidlu.