Mijiet ta’ muturi llum ingħaqdu kollha flimkien hekk kif ingħata bidu għal edizzjoni oħra tal-Pink October Bike Ride. Bl-imkatar roża huma telqu minn San Luċjan f’Birżebbuġa u se jkunu qed isuqu sal-gżira Għawdxija.
Mart il-Prim Ministru Michelle Muscat irringrazzjat lil kull min attenda għal din il-Bike Ride u lill-organizzaturi u volontiera kollha li ħadmu sabiex għal sena oħra din il-Bike Ride tkun suċċess.
Hija appellat ukoll sabiex nafaccjaw il-bizghat tagħna u jmorru ghac-checkups u screenings hekk kif meta jinqabad fl-ewwel stadji tiegħu il-kanċer tas-sider jista’ jitfejjaq.