Il-Proġett ta’ Pjazza Tritoni rċieva unur mill-Arkitetti Maltin għal spazji pubbliċi. Dan tħabbar mill-GHRC.
Minn venda tal-linja, l-akwati tal-Funtana tat-Tritoni, ingħataw lura lill-poplu bħala spazju pubbliku, f’forma ta’ pjazza.
Dan hekk kif f’inqas minn sena xogħol, proprju wara tliet mitt jum ta’ ħidma, il-figuri tal-bronz ta’ fuq l-istatwa ttieħdu għar-restawr lil hinn minn xtutna, waqt li l-akkwati ddawru fi pjazza mill-isbaħ, li se tkun qed titgawda minn dawk kollha li se jidħlu fil-Belt Valletta.
Fiċ-ċerimonja tal-inawgurazzjoni li saret f’Jannar fl-istess pjazza, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li Pjazza Tritoni hi waħda minn kullana ta’ bidliet kbar li tinsab għaddejja minnhom il-Belt Valletta, bidliet li ġejjin minn proġetti li saru kemm minn din l-amministrazzjoni, kif ukoll ta’ qabilha.
Triton Square project receives Malta Architects Award Public Open Spaces. Proud of GHRC project team. @JosephMuscat_JM @KonradMizzi @Joe_Mizzi_ pic.twitter.com/OznMQvY3l3
— Stefan Zrinzo Azzopardi (@stefanzrinzo) October 5, 2018