Waqt il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Assoċjazzjoni tal-Imħallfin u l-Maġistrati ta’ Malta saret elezzjoni għall-Kumitat il-ġdid tal-Assoċjazzjoni għas-snin 2018-2020.
L-Imħallef Toni Abela se jkun President tal-Kumitat il-ġdid. Il-Maġistrat Joanne Vella Cuschieri se tkun il-Viċi-President, il-Maġistrat Francesco Depasquale inħatar Segretarju Ġenerali, l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera nħatret bħala teżorier, filwaqt li s-Segretarju Internazzjonali se tkun l-Imħallef Loraaine Schembri Orland.