Ninsabu jum biss ‘il bogħod minn Notte Bianca – festa ta’ kultura li mistennija li tkun l-akbar waħda li qatt saret – b’mod partikolari minħabba l-fatt li l-Belt Valletta hija l-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura.
Il-pubbliku li mistenni li jidħol il-Belt permezz tat-trasport pubbliku huwa mħeġġeġ sabiex jiħdol minn Bieb il-Belt mentri l-viżitaturi l-oħra li ser jaslu b’modi differenti ta’ trasport huma mħeġġa sabiex jużaw entraturi oħra min-naħa t’isfel tal-Belt Valletta.
Is-servizz tat-trasport pubbliku kif ukoll id-dgħajjes li joperaw b’shuttle service minn Tas-Sliema għal Marsamxett, il-Belt u mit-Tliett Ibliet għal-Lascaris il-belt u lura ser ikunu estiżi sas-siegħa u nofs ta’ filgħodu. Dawk l-Għawdxin li jixtiequ jattendu jistgħu iserħu moġġhom li s-servizz tal-Gozo Channel ser jaħdem bl-iskeda tas-sajf.
Sadanittant, il-Park and Ride tal-Blata l-Bajda u l-parkeġġi tal-Furjana u l-Belt kollha ser ikunu qegħdin jaħdmu sas-siegħa ta’ filgħodu.