Il-President Amerikan Donald Trump u l-Mexxej Korean Kim-Jong Un jidher li huma l-favoriti biex jingħataw il-Premju Nobel għall-Paċi din is-sena.
Ir-rebbieħ tal-Premju Mistenni jitħabbar iktar tard illum f’Oslo, in-Norveġja.
Sorsi qrib il-premju taw informazzjoni lill-midja barranija dwar il-kandidati favoriti għall-Premju ta’ din is-sena, u fl-ewwel u t-tieni post hemm il-Mexxej Korean u l-President kontroversjali, rispettivament.
Jidher li r-raġuni ara n-nomina tagħhom huwa l-fatt li f’Ġunju li għadda pparteċipaw f’diskussjonijiet ta’ paċi flimkien.
Jidher ukoll li għandhom iktar ċans li jirbħu dan il-Premju mill-Papa Franġisku, li jinsab fis-sitt post fil-lista ta’ kandidati ‘favoriti’ għal dan il-Premju.