Eleonor Wilson ta’ 29 sena minn Gloucestershire fl-Ingilterra qed taffaċċja akkużi li pparteċipat f’atti sesswali ma’ student fuq ajruplan. Hi qed tiċħad dawn l-allegazzjonijet u sejħitilhom ‘diżgustanti’.
Il-każ imur lura għall-2015 meta l-akkużata kienet fuq saffra ma’ tal-iskola, fosthom l-istudent li għamel dawn l-allegazzjonijiet.
Wilson qalet li dan ‘ħolom’ biex allega dan kollu, u li jkollha x’taqsam ma’ student tagħha stess li għandu inqas minn 18-il sena kienet l-aħħar ħaġa fuq moħħha.
“Għandi rispett kbir lejn xogħoli u ma nagħmel ebda ħsara lill-professjoni” saħħqet imbikkma l-akkużata.
Il-każ għadu qed jinstema fil-Qorti ta’ Bristol, l-Ingilterra.