Jeffrey Cassar ta’ 34 sena ġie kkundanat 14 –il xahar ħabs wara li l-Qorti sabitu ħati li seraq minn Lukanda fil-Qawra Palace u minn stabbiliment tal-ikel u logħob f’San Pawl il-Baħar.
Dawn il-każijiet jeħduna lura għal Mejju tas-sena l-oħra, meta Cassar u żewġ akkużati oħra serqu flus minn magni tal-logħob fil-lukanda u ppruvaw jisirqu mill-istabbiliment.
L-akkużat flimkien ma’ mara oħra inqabdu permezz ta’ CCTV camera jiżgassaw l-magni tal-logħob filwaqt li dehru jaħarbu b’karozza ħamra li kienet barra tistennihom.
Filwaqt li l-Qorti sabet lil Cassar ħati u kkundanatu 14–il xahar ħabs, u tat il-ħelsien lill-kompliċi li ammettew l-akkużi kontrihom bil-kundizzjoni li ma jwettqux reat ieħor għal 3 snin kif ukoll ingħataw probation.