Ħadd ma ndarab wara li karozza tat-tip Ford Focus, misjuqa minn mara, ħadet in-nar għall-ħabta tas-siegħa ta’ waranofsinhar f’Pembroke, biswit il-Grounds tal-Luxol.
Fuq il-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u l-Pulizija biex jagħtu l-ewwel għajnuna.
B’xorti tajba, il-mara laħqet ħarġet mill-vettura qabel saret ħuġġieġa waħda.Il-karozza ħadet in-nar faċċata ta’ pompa tal-petrol, u għalhekk, kien bosta l-pumpiera li ħadmu qatigħ sabiex in-nar ma jinfirixx.
Għal xi ħin, Triq Sant’ Andrija ingħalqet għat-traffiku.