Bank ewlieni fid-Danimarka bl-isem ta’ Danske Bank jinsab taħt investigazzjoni mid-Dipartiment tal-Ġustizzja fl-Istati Uniti minħabba kontijiet mhux bankarji ta’ persuni barranin fl-Estonja li jinsabu fl-eqqel ta’ skandlu ta’ ħasil ta’ flus li jammonta għal €200 biljun.
Fi stqarrija l-bank qal li rċieva ordnijiet mill-Istati Uniti biex tgħaddi informazzjoni dwar il-fergħa fl-Estonja.
Sa xahar ilu, il-bank Daniż qal li pagamenti ‘suspettużi’ ta’ €200 biljun ingħaddu mill-fergħa Estonjana bejn l-2007 u l-2015. Dan wassal biex il-Kap Eżekuttiv irreżenja.