Sentenza sospiża ta’ sitt xhur ħabs għal raġel li nstab ħati li ta daqqa ta’ ponn f’għajnejn ġurnalist sportiv fil-Luxol grounds f’Pembroke. Il-każ seħħ f’Settembru tas-sena li għaddiet meta Francis Muscat ta daqqa ta’ ponn lill-ġurnalist Antvin Monseigneur minħabba artiklu li kien kiteb. Konsegwentament dan ikkawżalu ġrieħi ta’ natura gravi. Il-Qorti ordnat li tinħareġ ordni ta’ protezzjoni fuq il-vittma.