Għat-tlett ijiem li ġejjien, pajjizna se jkun fiċ-ċentru tal-attenzjoni tad-dinja fil-qasam tal-Blockchain u l-Innovazzjoni diġitali, hekk kif se jiġi organizzat id-Delta Summit.
Summit li se jiġbor fih mat-tlett elf u ħames mitt persuna, nofshom persuni barranin, li jaħdmu fil-qasam finanzjarju, tal-blockchain jew legali, fejn taħt saqaf wieħed se jiddiskutu l-qasam tal-blockchain u l-innovazzjoni diġitali.
Mal-mitejn ġurnalist barrani minn bosta aġenziji tal-aħbarijiet ewlenin fid-dinja fosthom Bloomberg, Coin Telegraph u Business Insiders, jinsabu f’pajjiżna sabiex jirraportaw dan is-summit li se jittela f’Malta – pajjiz li huwa meqjusa bħala l-gzira tal-blockchain.
F’Lukanda ewlenija f’San Ġiljan, għaddejjien l-aħħar preparamenti għal dan is-summit. Ic-chairman Eżekuttiv tad-Delta Summit Abdalla Kablan qal li mat-tlett mitt kumpanija se jipparteċipaw f’dan is-summit.
“Delta Summit is official blockchain event celebrating the fact that Malta is literally the first country in the world regarding blockchain we have a lot of companies to set up in Malta.”
Il-qofol tas-summit jintlaħaq il-Ħamis fejn il-Prim Ministru Joseph Muscat se jindirizza s-summit. Fost kelliema oħra se jkun hemm Larry Sanger waħda mill-funadutri ta’ Wikipedia u Imogen Heap li kienet rebbieħa ta’ Grammy Award.
Is-Sur Kablan spjega kif il-konkorrenza għal dan is-summit hija waħda kbira hekk kif il-lukandi ewlenin f’San Ġiljan huma mimlija daqs bajda bil-parteċipanti.
“Just to give you an idea we are in the biggest venue – Interconti , Eden arena. Every hotel nearby is sold out. This summit is stimulating the economy. Malta is pioner in blockchain.”
Fid-Delta Summit se titwaqqaf l-Awtorità tal-Innovazzjoni Diġitali ta’ Malta li se tkun responsabbli li tirreġistra entitajiet li jipprovdu servizz u tiċċertifika applikazzjonijiet ta’ blockchain. B’Malta għandha qafas regolatorju li għandu jservi ta’ mudell għall-pajjiżi oħra.
Mijiet ta’ kumpanija ta’ Blockchain huma interessati li jiftħu f’pajjizna u fid-Delta Summit se jkollhom opportunità sabiex jitkellmu mal-Awtorità.