Il-Prinċep Charles tkellem dwar l-irwol tiegħu fil-familja Rjali fejn sostna li mhuwhiex minnu li jrid iċedi postu għall-Prinċep William.
Jekk dan iseħħ, il-Prinċep ta’ Wales ikun l-ixjeħ persuna li tkun inkurunata fl-istorja Ingliża. Attwalment, għandu 69 sena u dan forsi wassal biex in-nies jispekulaw li hu se jċedi postu għal William.
F’dokumentarju fuq ITV bl-isem ta’ Royal, il-Prinċep spjega li huwa għandu dmir lejn il-poplu u lejn il-Commonwealth u li dan beħsiebu jwettqu sakemm ikollu s-saħħa.