Kmieni llum wara nofsinhar il-Forzi Armati ta’ Malta salvaw 5 għaddasa mill-Kosta Għawdxija wara li sabu diffikultà waqt li kienu fil-baħar. L-ewwel persuna li ssalva kien għaddas Irlandiż li ttella’ minn helikopter AW139. It-tieni salvataġġ sar permezz tal-Melita 2 f’Wied il-Għasri li nkludiet 4 għaddasa b’kollox.
L-għaddasa ttieħdu kollha l-isptar ġenerali ta’ Għawdex għal aktar attenzjoni.
Il-Forzi Armati ta’ Malta appellat biex l-għaddasa u l-għawwiema jieħdu aktar prekawzjoni f’kull mument biex dak li jieħdu gost jagħmlu ma jkollux konsegwenzi mhux pjaċevoli u biex is-sigurtà tagħhom tingħata prijorità.