Meta tul l-indirizz tiegħu, il-Prim Ministru mess mal-kwistjoni tal-immigrazzjoni, ġiet rikonoxxuta ħidmet il-forzi tal-ordni, b’mod partikolari tal-pulizija.
Dr. Muscat faħħar lill-pulizija li fl-aħħar ġimgħat żiedu r-rondi f’postijiet bħal Marsa, il-Ħamrun, Santa Venera u Birkirkara sabiex ikun hawn l-ordni fil-pajjiż.
Hawnhekk enfasizza li ix-xogħol tal-pulizija mhux kwistjoni ta’ razza jew oħra u fi żmien li ġej se jkollhom mezzi ġodda biex ħidmiethom tkun aktar effettiva.
Lil forzi tal-ordni tagħna, speċjalment lill-pulizija ngħidilhom aħna magħkom, aħna qegħdin hemmhekk spalla ma’ spalla magħkom.
F’dan il-kuntest, il-Prim Ministru rrefera għal deċiżjonijiet li jittieħdu mill-istituzzjonijiet indipendenti u li l-Gvern mhux dejjem jaqbel magħhom iżda jirrispettahom.
Huwa qal li l-Gvern jibqa’ konsistenti hekk kif iħaddan tassew il-prinċipju tas-saltna tad-dritt.
Dak li jagħmilna nies tal-istat, dak li jagħmilna nies illi bil-paroli kollha illi jingħad fuq rule of law, dik hija r-rule of law. Il-Gvern ma jistax jikkmanda l-Qorti x’tiddeċiedi u hekk għandu jkun.
B’kumpassjoni liema bħala, il-Prim Ministru wera t-tħassib għall-għoli fil-prezz tal-ħobż u spjega kif jeżisti mekkaniżmu ta’ kif jogħla l-ħobż u li l-Gvern ma jistax jintervjeni iżda imbagħad il-Gvern iwieżen b’mod ieħor.
Imma kif ninkwieta għax nara żieda ta’ tmienja jew għaxar ċenteżmi fuq prodott, nieħu pjaċir illi nibgħatu sittin ewro lil dawk il-persuni sabiex ngħinuhom, sabiex nimxu ‘l quddiem. Dik hija l-konsistenza, dik hija l-konsistenza mhux li titkaża fuq ħaġa imbagħad tgħid l-oħra ma tagħmilx sens. Il-konsistenza hija li żżomm il-polz tal-familji. Iżżomm il-polz tan-negozji.