Intervent f’waqtu mill-pulizija tal-għassa ta’ San Ġiljan wassal biex ġiet evitata diżgrazzja.
Dan hekk kif għall-ħabta tal-4:30 ta’ dalgħodu fi Triq San Ġorġ ġie arrestat Libjan li kien fil-pussess ta’ arma li taqta u bil-ponta- u li bil-manku b’kollox għandha qies ta’ sittin ċentimetru.
L-arrest seħħ f’Paceville, wara li l-Libjan li kien ukoll taħt l-influwenza tax-xorb prova jaqla l-inkwiet fi stabiliment tad-divertiment.
Minnufih kemm il-pulizija kif ukoll persuni tas-sigurta provaw iżommu lil-Libjan milli jkompli jaqla l-inkwiet- fejn hemmhekk instabet fuqu din l-arma enormi li taqta u bil-ponta. Il-Libjan ġie arrestat u mistenni li jitressaq il-qorti il-futur qrib.