Il-Ministeru tat-Turiżmu flimkien mal-Assoċjazzjoni Maltija għal-Lukandi u r-Ristoranti imbarkaw fuq proġett ta’ tisbiħ għaż-żona ta’ Paceville.
Bl-għan li ż-żona tingħata dehra u infrastruttura denja, tqabbdu żewġ kumpaniji internazzjonali u nbeda proċess ta’ konsultazzjoni għall-benefiċċju tar-residenti, l-operaturi kummerċjali, u t-turisti.
F’konferenza li matulha tnieda l-proċess intqal kif iż-żona ta’ San Ġiljan tilqa’ fiha mas-sitt mitt elf turist fis-sena, u kien innutat kif l-infrastruttura ma mxietx bl-istess pass mal-investiment li sar.
Peter Sharratt, Konsulent Strateġiku mill-kumpanija WSP, spjegalna dik li hi s-sitwazzjoni minn dak li osserva s’issa.
Malta has unrivalled architectural and cultural heritage: very vibrant cities, destination unrivalled in many areas. And you can say that maybe Malta is a bit of a victim of its own success. As more and more people want to come, it puts pressure on existing streets and services and infrastructure.
Però tenna li dawn jistgħu jiġu indirizzati, permezz ta’ kollaborazzjoni mal-partijiet interessati.
We’re really here to learn and understand, and then we will be moving forward (when we assimilate all that) to actually having some ideas which we will then put forward again for discussion and debate, and then we move forward to what we would call a definition, a defined proposal.
B’hekk dan il-proġett għandu l-għan li jindirizza għadd ta’ kwistjonijeit bħall-bankini, il-parkeġġ, l-indafa, is-sinjali tat-toroq u spazji miftuħa,
Il-Ministru Konrad Mizzi saħaq li dan il-proġett, iffinanzjat mill-fond tal-eko kontribuzzjoni, se jwassal biex Paceville tkun destinazzjoni mill-aqwa fil-Mediterran.
Il-viżjoni taghna hu li l-infrastruttura taghna u t-tourism zones intejbuha across the batch.
Dak se jkun l-ewwel progett. Qed inharsu lejn progetti ohrajn. Nixtiequ wkoll li apparti tradiitonal tourism zones, it-turisti llum qed imorru kullimkien. U nhossu li rridu naghmlu embellishment ta’ 8 pjazez madwar Malta biex b’hekk igawdu minnhom kemm il-maltin kif ukoll il-barranin ukoll.
Dr Mizzi qal li l-proġett ikun l-ewwel minn ħolqa ta’ proġetti li jtejjeb il-kwalità ta’ ħajja għal dawn kollha li jagħmlu użu miż-żoni affetwati.