Mara ndarbet gravi wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku waqt li kienet passiġġiera fuq mutur f’Għawdex.
Il-każ seħħ illum, għall-ħabta tat-8:30 fi Triq Ta’ Mannar, ix-Xagħra, Għawdex meta seħħ impatt bejn Mitsubishi RVR misjuq minn raġel ta’ 25 sena u mutur tal-għamla Kentoya misjuq minn raġel Ingliż ta’ 47 sena. Mara Ingliża ta’ 35 sena kienet passiġġiera fuq il-mutur.Fuq il-post issejjaħ tim mediku biex jassisti lill-Ingliżi u ttieħdu l-Isptar Ġenerali t’Għawdex permezz t’ambulanza għall-kura. Iżjed tard ir-raġel ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ħfief u l-mara sofriet ġrieħi gravi.
Il-persuni involuti f’dan l-inċident huma lkoll residenti x-Xagħra stess.
Investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar il-każ għadhom għaddejjin.