L-istat ta’ sokor ta’ turist li kien għadu qas biss rifes l-art waslu fl-għatba tal-Qorti. Dan wara li f’titjira minn Luton, ir-raġel beda jaġixxi b’mod aggressiv u kien qed jikkawża periklu fuq l-ajruplan. Il-każ seħħ ilbieraħ filgħaxija meta Christopher Charles Collins minn Londra nnota xagħra fil-platt tal-ikel kif ukoll kellu argument żgħir minħabba l-bagalja. Fil-Qorti intqal li r-raġel ġie nnotat jixrob minn flixkun kbir ta’ spirtu rqieq fejn minkejja li l-ekwipaġġ tal-ajruplan provaw iwissu sabiex jikkontrolla mill-konsum tal-alkohol, huwa ma tax kashom u beda jaġixxi b’mod sarkastiku u abbużiv.
It-turisti li ġie Malta fuq btala qal li ddispjaċieh għall-għemilu wieġeb ħati għall-akkużi miġjuba kontrih. Il-Maġistrat Joe Mfsud, filwaqt li wissieh sabiex jirrisolvi l-affarijiet bil-kalma, tah sentenza ta’ tlett xhur ħabs sospiżi għal sena.