Raġel ta’ 45 sena, residenti l-Isla, għal xi raġuni tilef il-kontrol tal-mutur Daelim Daystar li kien qed isuq u nqaleb.
Il-Pulizija mill-Għassa tal-Belt marru fuq il-post u ssejħet ambulanza biex tieħu lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura. Iżjed tard hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
Dan ġara għall-ħabta tas-12.45 fi Triq Sa Maison, il-Floriana.
Investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.