Il-Prim Ministru Joseph Muscat illum iltaqa’ mal-President Donald Trump waqt żjara li qiegħed jagħmel fi New York.
Il-Prim Ministru Malti ltaqa’ mal-President Amerikan Trump u martu Melania Trump fost id-diversi impenji uffiċjali fl-Istati Uniti.
Fi tweet, il-Prim Ministru qal li huwa ta’ sodisfazzjon li jiltaqa’ mill-ġdid mal-President Amerikan u martu biex itenni r-relazzjonjiet bilaterjali eċċellenti bejn iż-żewġ pajjiżi.