Il-President tal-Istati Uniti, Donald Trump mistenni jsemma’ leħnu bi kritika friska fuq l-Iran.
Dan se jagħmlu aktar tard meta se jmexxi sessjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda dwar iż-żieda fl-armi tal-qerda tal-massa.
Din hija biss it-tielet darba li mexxej tal-Istati Uniti se jippresjedi sessjoni bħal din.
It-Tlieta, fl-indirizz waqt l-Assemeblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda f’ New York, Trump akkuża lill-mexxejja tal-Iran li kkawżaw kaos, mwiet u qerda.