Il-konsulent tas-sigurtà Nazzjonali tal-Istati Uniti, John Bolton wissa lill-mexxejja tal-Iran li se jħallsu qares jekk issir ħsara lill-Istati Uniti, ċ-ċittadini jew l-alleati tagħhom.Huwa qal dan sigħat wara li l-president Donald Trump akkuża lill-Iran li żergħa kaos, mewt u qerda madwar il-Lvant Nofsani.
Il-president Iranjan irrisponda billi kkritika l-amministrazzjoni ta’ Trump għal ostilità.
Riċentament, l-Istati Uniti imponew sanzjonijiet wara li telqu mill-ftehim nukleari tal-Iran tal-2015.