Lulzim Sharka ta’ 37 sena mill-Albanija ingħata sentenza ta’ 14-il sena ħabs sospiżi għal sentejn wara li ammetta li seraq u li pprova juża kard tal-bank li sab ġo kartiera mitlufa fit-triq.
Fil-Qorti ħareġ kif l-akkużat sab kartiera mitlufa u pprova jiġbed xi flus minn ATM iżda ma rnexxilux. Huwa imbgħad irritorna l-kartiera u l-kard fl-għassa tal-Pulizija iżda żamm €120 li kienu fil-kartiera.
Wara investigazzjoni mill-Pulizija, huwa rritorna wkoll is-somma misruqa ħlief għal €10 li nefaq fuq pakketti tas-sigaretti.