Il-Fondazzjoni QLZH, Quick Lets Zanzi Homes, flimkien mal-NGO ambjentali ACT, niedew proġett li permezz tiegħu se jitħawlu miljun siġra u arbuxell indiġenu Malti fuq medda ta’ 10 snin. Dawn ix-xitel ser jitħawlu wara studju li se jsir fuq l-ekoloġija Maltija, dan sabiex it-tħawwil ikun wieħed sostennibli.Se jsiru wkoll kollaborazzjonijiet oħra mal-Gvern u l-privat sabiex dan il-proġett issir realtà.