It-tim tal-Belt Valletta ffirma ftehim storiku ma’ investituri minn Dubai. F’filmat fuq facebook live intqal li dan hu ftehim li se jagħmel lill-Belt l-għira ta’ timijiet oħra aktar minn qatt qabel bil-President tat-tim Victor Sciriha jgħid li l-kbir għadu ġej.
L-investitur barrani għamilha ċara li t-tim qed iħares li jilgħab kontra t-timijiet il-kbar fl-Ewropa.