Josef Vincenti ta’ 31 sena ammetta li xewwex għal kriminalita fuq Facebook, ġimgħatejn wara li tressaq il-Qorti talli faħħar l-attentat ta’ qtil fuq il-pulizija Simon Schembri.Vincenti kien akkużat li f’Settembru xewwex pubblikament lin-nies biew iwettqu reati u jiksru l-liġi, uża n-network soċjali biex jhedded li se jwettaq reat u li uża kliem ta’ theddid jew imġieba bl-intenzjoni li jkun hem il-vjolenza kontra grupp ta’ nies.
Fil-Qorti, wara li saret diskussjoni bejn il-Prosekuzzjoni u d-Difiża, l-avukat tal-akkużat ammetta f’isem Vincenti, li bħalissa jinsab meħlus mill-arrest u taħt ordni ta’ superviżjoni.
Is-sentenza finali se tingħata wara li jitlesta r-rapport fil-ġimgħat li ġejjin.