Christopher Scerri ta’ 40 sena mill-Gżira magħruf bħala ‘Buttuni’ jew ‘Gazzetti’ ġie kkundannat ħames snin ħabs wara li nstab ħati li flimkien ma’ Freddie Delia ta’ 40 sena magħruf bħala l-‘Pajpaj’, nhar is-6 ta’ Settembru 2009 wettqu serqa aggravata mid-dar ta’ Maria Teresa u Anthony Lia f’ Ħaż-Żabbar . Huma kienu daħlu jisirqu wara li għaddiehlom iċ-ċavvetta tad-dar l-eks sieħeb tat-tifla tal-vittmi. Scerri ġie kkundanat għal piena ta’ priġunerija effettiva ta’ sentejn fuq dan il-każ, madankollu huwa ġie kkundanat tlett snin ħabs oħra wara li kiser żewġ sentenzi tal-Qorti fil-passat, waħda fis-sena 2007 u l-oħra fis-sena 2008. Fil-passat Christopher Scerri kien involut f’serqa oħra minn dar fl-Imdina fl-2010, fejn huwa kien inqabad jisraq filfatt mill-Pulizija u sabiex jaħrab qabeż għal isfel u kiser siequ, fejn eventwalment kien inqabad mill-Pulizija.
Fis-sentenza tagħha l-Maġistrat Claire Stafrace Zammit qalet li l-fulkrum ta’ dawn il-proċeduri kienet ix-xhieda ta’ ċertu Omar Pisani li qal li huwa ġie avviċinat mill-Imputat Freddie Delia sabiex itih iċ-ċavetta tad-dar tal-vittmi. Irriżulta ili peress li Pisani kien ta ċ-ċavetta lil Delia wara insistenza min-naħa tiegħu peress li Pisani kellu abbuż taad-droga u ta’ sikwiet kien jixtri d-droga mingħandu, u għalhekk waqa’ għal pressjoni u tahielu.
Intqal kif meta ta’ ċ-ċavetta lil Delia, miegħu kien hemm Christopher Scerri li ġie ntrodott lil Pisani bħala persuna tajba fil-mestjier tas-serq u filfatt huma għamlu koppja taċ-ċavetta u tawielu lura.
Freddie Delia l-‘Pajpaj’ ġie kkundanat sentejn priġunerija sospiżi għal erba snin.
Il-Prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispetturi Keith Arnaud u Fabian Fleri mid-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali, filwaqt li d-difiża kienet imexxija mill-Avukat Franco Debono.