L-anzjani se jkollhom servizz ta’ trasport b’xejn sabiex imorru minn post għal ieħor fl-istess lokalità biex b’hekk ikunu jistgħu jagħmlu l-qadi tagħhom.
Is-servizz għalissa se jibda bħala proġett pilota fil-lokalità tal-Mosta, Gżira u ż-Żurrieq.
Il-proġett pilota se jdum għal sitt xhur biex wara l-ħsieb huwa li s-servizz jiġi estiż f’lokalitajiet oħra.B’kollox hemm erba’ vetturi. Fejn se jkun hemm vettura għal kull lokalità u l-vettura l-oħra tmur skond id-domanda fil-lokalità.
Is-servizz se jwassal lill-anzjani f’każijiet fejn iridu jmorru l-quddies, monti, klinika jew xi qadi oħrajn fil-lokalità
Is-servizz SilverT se jitmexxa mis-sezzjoni ta’ trasport ta’ San Vinċenz.
Is-servizz fiż-Żurrieq, Gżira u Mosta se jibda jopera minn nhar it-Tnejn bejn is-sebgħa u sagħtejn.
Il-post jista’ jiġi bbukjat fuq in-numru 2169 55 44. L-appuntamenti jiġu bbukjati jumejn qabel.
Is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva Anthony Agius Decelis qal li dan is-servizz jgħin lill-anzjani jibqgħu attivi fis-soċjetà.
Żied li qiegħda isir aktar ħidma sabiex ikun hemm aktar servizz fil-komunità sabiex l-anzjan jibqa’ jgħix f’raħal twelidu.