Ġimgħa qabel jerġa’ jingħata bidu għall-Parlament wara l-waqfa tas-Sajf, il-binja tal-Parlament laqgħet numru ta’ nanniet fl-attività annwali magħrufa bħala l-Parlament tan-Nanniet.Dan isir sabiex in-nanniet ukoll ikunu jistgħu jesprimu ruħhom u flimkien ma’ numru ta’ studenti minn skejjel differenti, jiddiskutu dwar ir-realtajiet li jaffaċjaw ta’ kuljum. Numru ta’ nanniet qed isegwu wkoll mill-galleriji.
Fid-diskors tal-bidu, l-ispeaker Anglu Farrugia tkellem fuq l-importanza li nkabbru l-għarfien dwar ix-xogħol imprezzabli li jagħmlu n-nanniet kif ukoll li għandna nisguraw li dawn ikollhom għajxien dinjituż.
Attendew ukoll numru ta’ deputati li hħadu nota ta’ dak li beda jintqal waqt il-plenarja.
Intant, wieħed jista’ jsegwi din sessjoni live fuq is-sit tal-Parlament.