Ressqet ‘il quddiem it-tieni mara b’allegazzjonijiet sesswali kontra n-nominat tal-President tal-Istati Uniti, Donald Trump ghall-Qorti Suprema. Deborah Ramirez, tat dettalji b’rabta mal-allegat inċident fejn fissret li Kavanaugh espona l-partijiet ġenitali tiegħu u kkawża kuntatt fiżiku mingħajr kunsens.
L-imħallef ċaħad dawn l-allegazzjonijiet. Min-naħa tagħha, l-Professur Christine Blasey Ford, li l-ġimgħa li għaddiet resqet ‘il quddiem tallega li ġiet attakkata sesswalment fl-elf disa’ mija tnejn u tmenin, qablet li tixhed dwar din l-allegazzjoni nhar il-Ħamis li ġej.