Raġel indarab gravi wara li kien involut f’argument mal-ġar tiegħu b’oġġett iebes fix-Xagħra Għawdex.
Il-każ seħħ ilbieraħ filgħaxija, ftit qabel il-ħdax fi Triq it-Tmienja u Għoxrin ta’ April 1688, ix-Xagħra.Minn stħarriġ preliminari li għam let il-Pulizija tad-Distrett, irriżulta li l-argument kien bejn raġel ta’ 45 sena u ieħor ta’ 58 sena, it-tnejn residenti x-Xagħra.
Waqt l-argument, ir-raġel ta’ 58 sena, allegatament ġie aggredit permezz ta’ oġġett iebes u sofra xi ġrieħi.
Huwa rrikorra l-Isptar Ġenerali t’Għawdex fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi. Filwaqt li l-persuna l-oħra weġġa’ ħafif.
Il-Pulizija għadha għaddejja bl-in vestigazzjoni tagħha dwar dan il-każ.