Bdiet il-votazzjoni fil-Maldivi għall-elezzjoni li rċeviet ħafna kritika, u li se tkun osservata mill-qrib mill-Indja u ċ-Ċina.L-ariċpelagu fl-Oċean Indjan, li huwa magħruf ħafna għall-baħar ċar kristall u akkomodazzjoni tal-ogħla livell, għandu gvern li jinsab akkużat li jwaqqaf kwalunkwe opinjoni kuntrarja.
Il-president Abdulla Yameen għandu liċ-Ċina bħala alleat, filwaqt li l-avversarju tiegħu, Ibrahim Mohamed Solih, jidher li huwa iktar imxaqleb lejn l-Indja u l-Punent.
L-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti esprimew tħassib fuq l-elezzjoni, biż-żewġ naħat heddew li jimponu sanzjonijiet jekk is-sitwazzjoni demokratika ma titjibx.